Honest Entertainment: A Theatrical Tour of Teatru Manoel

8 +

Ġeneru

Theatrical Tour

Tul

1h 0min

Teatru Manoel bi pjaċir jippreżenta tour animat madwar it-Teatru b’kollaborazzjoni ma’ House of Tours. L-attur professjonali u l-gwida lliċenzjat ta’ House of Tours Jeremy Grech, se jwassal tour mimli divertiment u informazzjoni b’dinamika u mħabba kbira lejn l-istorja ta’ pajjiżna. Bħala wieħed mill-iktar teatri antiki fl-Ewropa li għadhom joperaw, Teatru Manoel joffri storja rikka, li tibda mill-fundaturi ta’ dan it-Teatru u tiżviluppa f’relazzjoni bejn l-artisti u l-udjenza.

Minħabba li l-attività fit-teatru ma tiqafx u għalhekk dejjem ikun hemm xi xogħlijiet għaddejjin, kull tour joffri esperjenza unika fejn il-kontenut jista’ jvarja skont dak li jkun għaddej fit-teatru fil-jum u ħin partikolari.

Reviews

***** Dan it-tour kien wieħed informattiv ferm… kienet esperjenza fiha nnifisha. Nirrakkomandah lil kulħadd.

***** Kienet esperjenza mill-isbaħ, nirrakkomandah kemm lit-turisti kif ukoll lill-Maltin u l-Għawdxin. L-informazzjoni li ngħatajna dwar bini storiku li jinsab fil-Gżejjer Maltin kienet iddettaljata ferm.

***** Ħarsa mill-isbaħ dwar l-istorja u l-bini ta’ dan it-Teatru li huwa ġawhra fil-Belt Valletta. Il-gwida ħadna dawra ma’ postijiet li ma tantx aħna mdorrijin naraw, filwaqt li rrakkontalna l-istorja ta’ dan it-teatru b’mod iddettaljat u fl-istess ħin, id-divertiment ma naqasx. Nirrakomanda lil kulħadd biex jattendi dan it-tour li jagħti perspettiva differenti dwar l-istorja u l-preġju ta’ dan it-Teatru Nazzjonali.

***** Dan it-tour joffri bilanċ bejn l-istorja u d-divertiment. Il-gwida kien tassew professjonali u kunfidenti filwaqt li kien jaf is-suġġet sew u involva lil dawk kollha li attendew għal din l-esperjenza unika.

Info

Klassifikazzjoni

8 Years & Over

Sena tal-produzzjoni

2024

Producer

Teatru Manoel

Localita

Teatru Manoel

Fit-Teatru

27/04/2024