Fit-Teatru 12/10/2024

Ċetta from Valletta

Ċetta from Valletta

12 +

Ġeneru

Musical

Tul

2h 0min

Agħżel l-Avveniment
Ċetta from Valletta – l-istorja

Il-karattru ta’ Ċetta ħa l-ħajja mill-kanzunetta “Ċetta from Valletta” ta’ Paul Arnaud, li kienet u għadha popolari sal-lum.

Permezz ta’ dan il-musical ġdid u oriġinali, issa Ċetta ngħatat il-ħajja. Se nsiru nafu l-passat u l-preżent tagħha, flimkien ukoll ma’ karattri oħrajn li se jsawru dan il-musical ġdid.

L-istorja toħodna lejn il-bidu tas-snin ħamsin... niltaqgħu ma’ Ċetta, tfajla grazzjuża u ferriħija mrobbija b’tant għożża miz-zijiet tagħha, iz-zija Carmen u z-ziju Duminku. Carmen u Duminku huma żewġt aħwa jgħixu l-Belt; fin-naħa tal-Mandraġġ. Dawn baqgħu ma żżewġux biex irabbu u jieħdu ħsieb lil Ċetta.

Il-karattru ferrieħi tagħha jimla kull rokna tal-Mandragg. Hija persuna li tagħmel ħbieb malajr ma’ kulħadd; minn baħrin sa ġirien. Fost tant ħbieb insibu lill-ħabiba tal-qalb tagħha, Rita. Kemm Ċetta kif ukoll Rita jinnamraw ma’ żewġ ġuvintur mill-Belt, Ċensu u Pawlu. Dawn it-tnejn, flimkien ma’ Rita jaħdmu l-Kafé Premier fi Pjazza Reġina.

Ċetta hija wkoll kantanta u se naraw kif il-ħolma tagħha li minn kantanta fi Strada Stretta tispiċċa tkanta l-Premier issir realtà.

Minn hawn tibda avventura ġdida kemm għaliha u kemm għal dawk kollha ta’ madwarha.

Se niltaqgħu man-Nutar Antonio u l-qaddej tiegħu Ugolin. Dawn huma ħbieb man-Nobbli l-Baruni Carlo u l-familja tiegħu li jgħixu f’tas-Sliema.

Niltaqgħu ukoll ma’ karattri kemmxejn magħrufa imma li tajnihom libsa ġdida addattata għal dan il-musical u b’hekk jissawru f’din l-istorja mal-kumplament tal-karattri l-oħrajn.

Min ma jiftakarx il-frażi tant magħrufa Penny for the pigeons? Jew lill-famuz Oscar Lucas u l-band tiegħu?

Waqt li mill-Mandragg għal tas-Sliema naraw fejn se twassal il-ħolma u x-xewqa ġewwiena ta’ Ċettina jew aħjar kif aktar magħrufa Ċetta... Ċetta from Valletta!

Cetta – Laura Bruno

Carmen – Frida Cauchi

Duminku – Hermann Bonaci

Censu – Jeremy Grech

Rita – Maria Bonaci

Pawlu – Ishmael Grech

Wistin – Tonio Vella

Antonio – Simon Curmi

Ugolin – Ray Abdilla

Baruni Carlo – Michael Tabone

Amelia – Simone Zammit

Giorgio – Ronnie Galea

Luigi – Aaron Fenech

Alberto – Kurt Harmsworth

Shows

Data

Teatru Manoel

Teatru Manoel

Ixtri biljett

Data

Info

Klassifikazzjoni

12 Years & Over

Sena tal-produzzjoni

2024

Producer

Hermann Bonaci Productions

Localita

Teatru Manoel

Fit-Teatru

12/10/2024